Lokali

Argument iħalli Karkariż ta’ 46 sena bi ġrieħi gravi

Ittieħed l-istpar Mater Dei Karkariż wara li li kien involut f’argument ilbieraħ filgħaxija.

Kien għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Valletta, il-Mosta.

Huma marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara sofra xi ġrieħi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifakat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.