F’pajjiżna bħalissa hawn Ahikar Azcona Albizu, rinomat l-iktar għall-fatt li kien wieħed mill-atturi tas-serje popolari La Casa de Papel, magħrufa wkoll bħala Money heist.
Jidher li l-attur jinsab f’Malta għal vaganza, iżda diġà spiċċa f’kontroversja. Dan hekk kif fuq Instagram, tella’ ritratti u filmat qasir tiegħu fuq il-blat, waqt li għarwien f’St Peter’s Pool.
Aikar hu rinomat għall-fatt li juża l-midja soċjali tiegħu għal numru ta’ ritratti u filmati umoristiċi. Stil li wasslu biex jikseb iktar minn 200,000 follower fuq Instagram u għexieren ta’ eluf fuq Facebook.
Madankollu jidher li ma rrealizzax li ‘ċ-ċajta’ tiegħu f’Malta, hi wkoll illegali.
//= $special ?>