Diżgustanti. Hekk iddeskriva l-aġir ta’ Boris Johnson u Michael Gove tul il-kampanja tar-referendum dwar Brexit, l-eks Prim Ministru Ingliż David Cameron.
Cameron esprima r-rabja tiegħu fi ktieb bit-titlu For The Record u f’intrevistaq mal-ġurnal Ingliż The Times.
Boris Johnson u Michael Gove kienu fuq quddiem fil-kampanja favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Fost l-oħrajn, Cameron jikkritika bil-qawwa lill-Prim Ministru preżenti dwar is-sospensjoni tal-Parlament 5 ġimgħat qabel iż-żmien. Mossa li ġiet kritikata minn bosta bħala waħda li kellha l-għan li twaqqaf lill-Membri Parlamentari milli jindaħlu fl-istratetġija ta’ Johnson dwar Brexit.
//= $special ?>