NOISY LE SEC……………. 16 VALLETTA…………………. 10
(1-1), (5-2), (5-3), (5-4)
It-tim Malti sofra t-tieni telfa fi Grupp Ċ fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro Cup meta kien megħlub 16-10 minn Noisy Le Sec li kisbu l-ewwel rebħa fil-grupp. Ir-riżultat finali jista’ jagħti indikazzjoni differenti ta’ kif żvolġiet il-logħba. It-tim ta’ Karl Izzo kien fil-logħba għal kważi l-ħin kollu iżda kienu żewġ mumenti fit-tielet u l-aħħar sessjoni li fihom l-avversarji skorjaw erba’ gowls konsekuttivi. Punt pożittiv kien ukoll li ġew skorjati erba’ gowls minn man-ups.
It-tim Malti kien dixxiplinat fl-ewwel sessjoni u meritatament ħa l-vantaġġ minn penalty ta’ Jordan Camilleri. Lejn tmiem is-sessjoni, Camilleri kellu penalty ieħor salvat, b’Antonio Petkovic iġib id-draw fl-azzjoni ta’ wara.
Fit-tieni sessjoni l-bidu kien tajjeb hekk kif it-tim ta’ Karl Izzo għaraf jieħu l-vantaġġ darbtejn. Il-gowls waslu minn Dino Zammit u Ben Plumpton f’żewġ man-ups maħduma tajjeb. Iżda wara li Marzouki reġa’ ġab id-draw, Petkovic poġġa lit-tim Franċiż 5-3 fil-vantaġġ, b’Marozuki jżid il-vantaġġ lejn it-tmiem, hekk kif it-tim Malti ma baqax preċiż.
Noisy Le Sec marru qrib ir-rebħa fit-tielet sessjoni. Wara li f’żewġ okkażjonijiet minn man-up Valletta naqqsu d-distakk permezz ta’ Dino Zammit u Jake Muscat, il-Franċiżi skorja erba’ gowls konsekuttivi u fetħu vantaġġ ta’ 11-5, b’Camilleri jnaqqas id-distakk.
Reazzjoni tajba mit-tim Malti b’logħob sabiħ fl-attakk li wasslu għal tliet gowls sbieħ ta’ Darren Zammit, Aurelien Cousin u Jerome Gabarretta. Petkovic ħalla lil Noisy Le Sec b’distakk ta’ tliet gowls għalkemm Camilleri għamel l-iskor 12-10. Igor Pliskevich reġa’ kabbar l-iskor u wara li Dino Zammit falla penalty, it-tim ta’ Jonathan Moriame kompla jkabbar l-iskor sat-tmiem.
Noisy: D. Aleksic, I. Pliskevich (1), K. Sterling, E. Bjogh (1), M. Kolarik (1), Q. Blary, M. Peisson (1), A. Petkovic (6), M. Marzouki (3), A. Pesteric (2), D. Guerin, N. Lang (1), A. Babouloul
Valletta: N. Grixti, J. Gabarretta (1), A. Galea, G. Pace, Da. Zammit (1), B. Plumpton (1), N. Zammit, J. Camilleri (3), M. Spiteri Staines, A. Cousin (1), J. Muscat (1), Di. Zammit (1), A. Borg Cole
Referees: Robert Tiozzo (Kroazja), Luis Santos (Portugall)
//= $special ?>