Juventus waqqgħu l-ewwel punti tal-kampjonat meta kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Fiorentina fi Satadio Artemio Franchi. Jekk Juventus rebħu l-ewwel żewġ logħbiet, Fiorentina ħarġu telliefa fl-ewwel żewġ konfronti u dan il-punt jista’ jgħin biex Fiorentina jibdew sensiela ta’ riżultati pożittivi.
Logħba missielta biż-żewġ timijiet ikunu fiżiċi ħafna fid-daħliet tagħhom. Fiorentina kellhom prestazzjoni pożittiva u kien jimmeritahom tal-anqas punt minn dan il-konfront. Il-koppja Franck Ribery u Federico Chiesa ħolqot ftit ta’ problemi għad-difiża Juventina, bl-attakk tal-Vjola sofra meta kien mibdul Ribery fit-68 minuta.
Juventus fid-debutt uffiċjali ta’ Maurizio Sarri fuq il-bankina Juventina, ma setgħux jiddettaw il-logħba kif normalment jagħmlu, hekk kif Fiorentina bdew jippressaw għoli. L-akbar inkwiet għal Sarri hu l-fatt li kellu jibdel lil Douglas Costa wara seba’ minuti u lil Miralem Pjanic qabel il-mistrieħ minħabba li weġġgħu.
//= $special ?>