Internazzjonali

Ħamsa mejta u eluf evakwati minħabba għargħar fi Spanja

Tal-anqas ħames persuni mietu hekk kif għargħar kbar laqtu’ lil Spanja fl-aħħar jiem. U dan filwaqt li madwar 3,500 persuna ġew evakwati minn djarhom wara maltemp qawwi li laqgħat liż-żona.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili, u saħansitra iżjed minn 1,500 suldat ħarġu fir-reġjuni ta’ Valenzja, Murcia u l-Lvant ta’ Andalucia biex isalvaw lin-nies hekk kif fi ftit jiem għamlet ħafna xita u għerqu t-toroq u d-djar.

Il-Ġimgħa nstabu tliet irġiel mejta. Wieħed instab qrib daru fil-villaġ ta’ Redovan, u t-tnejn l-oħra nstabu mejta fil-karozza tagħhom wara li tkaxkru  b’kollox mill-għargħar.

L-għada, mara ta’ 51 sena u ħuha ta’ 61 sena spiċċaw ukoll vittmi tal-għargħar hekk kif il-karozza li kienu fiha wkoll ttieħdet mal-kurrent.

Minħabba l-maltemp li laqgħat iż-żona, 74 triq ingħalqu għat-traffiku filwaqt li s-servizzi tal-ferrovija u l-Ajruport ta’ Murcia mhumiex jiffunzjonaw.