Lokali Saħħa

Il-Kamra tal-Ispiżjara twieġeb lil Alfred Sant

Il-Kamra tal-Ispiżjara twieġeb lill-MEP Laburista Alfred Sant wara li dan tal-aħħar fetaħ attakk fuq il-prattiċi tal-ispiżjara meta jiġu biex ibiegħu il-pillola “tal-għada filgħodu”.

F’post fuq Facebook, Alfred Sant qal li l-ispiżjara qed iwettqu “interrogatorju” fuq nisa li jkunu jridu jixtru din il-pillola. Saħansitra akkuża lill-ispiżjara “b’bullying professjonali” tal-professjonist fuq il-klijent.

Fi tweġiba tagħha, il-Kamra tal-Ispiżjara qalet li l-Ispiżjara huma professjonisti tas-saħħa. U bħala professjonisti ma jagħmlux “interrogatorji” iżda jsegwu “protocols” professjonali ibbażati fuq linji gwida Ewropej u internazzjonali.

Il-Kamra esprimiet sorpiża u diżappunt li MEP tal-esperjenza bħal Alfred Sant li għoġbu juża l medja soċjali biex jagħmel disservizz lill- professjoni farmaċewtika fil-qadi ta’ dmirha b’nuqqas ta’ attenzjoni għall-mod kif jista jinfluenza negattivament lill-pubbliku.


Il-Kamra tal-Ispiżjara stiednet lil Sant għal djalogu jekk jixtieq jikseb il-fatti, li wara kollox hu d-dover ta’ min jirrapreżenta lill-poplu ta’ pajjiżna fl-ogħla istituzzjonijiet ewropej.