Ħaddiem weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq tyre ta’ trakk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.10 tas-Sibt filgħodu meta raġel ta’ 52 sena mill-Ukrajina intlaqat miċ-ċirku ta’ barra tat-tyre.
Hu kien qed jaħdem fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>