Internazzjonali

Jinsteraq toilet tad-deheb

Persuna jew persuni mhux magħrufa ttantaw xortihom li jsiru sinjuri billi serqu xejn anqas minn toilet tad-deheb.

It-toilet, li hu meqjus bħala biċċa arti tas-seklu 18, kien jinsab fil-palazz fejn oriġinarjament għex Winston Churchill u hu stmat li jiswa miljun lira sterlina.

Dan kien maħdum mill-artist Taljan Maurizio Cattelan.

Peress li t-toilet kien installat mal-art u mhux sempliċiment impoġġi fil-post, min serqu għamel ħafna ħsara. Dan filwaqt li hu maħsub li ntużaw tal-anqas żewġ vetturi biex twetqet din is-serqa.Bħalissa l-Pulizija qed iżżomm lil anzjan ta’ 66 sena arrestat b’konnessjoni ma’ din is-serqa li seħħet fis-sigħat bikrin tas-Sibt filwaqt li għada għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.