Għoxrin sena mit-twaqqif ta’ Sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla fil-Mosta imfakkar b’mod pjuttost differenti … it-tħawwil ta’ għoxrin palma f’din il-lokalità.
Mil-lum ‘il quddiem, waħda mir-roundabouts li tinsab ġewwa l-Mosta ngħatat iktar kulur permezz ta’ diversi siġar li tħawlu minn diversi żgħażagħ.
Din l-inizjattiva saret mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla hekk kif diversi żgħażagħ qattgħu ħin minn tagħhom biex sebħu ż-żona ta’ ħdejn il-Fortizza b’għoxrin Palma Maltija magħrufa bħala s-siġra tal-Ġummar.
Dan il-proġett sar fost diversi inizjattivi oħra f’għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif uffiċjai ta’ din l-għaqda fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta. Fost oħrajn, din is-Soċjetà ħadet id-deċiżjoni li waqt il-marċ tal-festa tal-lokalità ma użawx bżieżaq biex jitnaqqas l-ammont tal-iskart.
Preżenti biex jgħin lil dawn iż-żgħażagħ fit-tħawwil ta’ dawn il-Palm kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius fejn f’isem il-Partit wera l-appoġġ assolut tiegħu lejn dan il-grupp. Dan filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol li jagħmlu diversi għaqdiet favur l-ambjent u ħeġġeġ biex iktar nies iħawlu iktar siġar …. fi djarhom jew b’donazzjoni għal Kunsilli Lokali.
//= $special ?>