Fl-aħħar jiem, kienu diversi l-persuni li nnutaw żieda fil-ħmieg f’wiċċ il-baħar, f’diversi żoni tal-pajjiż…. minn Tas-Sliema u San Ġiljan, għall-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Kemmuna.
Il-Federazzjoni tal-Produtturi Maltin tal-Akkwakultura ċaħdet li l-ħmieġ li dan il-ħmieġ kien konness mal-industrija tal-fish farm.
Iċ-ċaħda ħarġet fi stqarrija b’reazzjoni għal ritratti li kienu qed iduru fuq il-midja soċjali. Il-fondazzjoni qalet ukoll li wara investigazzjoni fil-post imwettqa mill-membri tagħha, irriżulta li din ir-“ragħwa” ma kellha xejn x’taqsam maż-żjut li joħorġu mill-fish farms, imma kienet r-riżultat ta’ fenomenu naturali li seħħ wara l-maltemp qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar jiem.
Sadanittant aktar ħmieġ intlemaħ f’wiċċ il-baħar wkoll f’partijiet oħra ta’ Malta fosthom tul Triq il-Kosta, wara li aktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet, il-kost ta’ San Giljan u Tas-Sliema kienet milquta minn dan il-fenomenu.
Sadanittant, il-FMAP, permezz tal-operaturi tagħha, qalu li qed jagħmlu spezzjonijiet tul il-kosta Maltija biex jitnaddaf kwalunkwe tip ta’ ħama li ġie ġġenerat bħala riżultat tal-maltempati kbar madwar Malta.
Minħabba dan il-‘fenomenu’ ħafna ma setgħux igawdu l-baħar fl-aħħar ftit jiem Sajfin li fadal.
L-inkwinament tal-baħar jiżdied ma’ dak li qed jiġri anke fl-arja f’pajjiżna, hekk kif għal darboħra fl-aħħar jiem, il-Gvern Malti ingħata ċertifikat ieħor ta’ inkompetenza f’dak li hu ambjent meta ċifri tal-Eurostat ikkonermaw li pajjiżna hu fost l-għar fl-Ewropa f’dik li hi arja.
Dan minkejja l-billboards tal-Partit Laburista li kienu jwegħdu li l–Ambjent se jkun priorità.