Internazzjonali Lokali

L-Italja taċċetta lill-immigranti tal-Ocean Viking

Fl-aħħar sigħat mara tqila li kienet abbord tniżżlet Malta flimkien ma' żewġha u welldet tifel

L-italja se tofri port sigur lill-immigranti li jinsabu abbord il-vapur Ocean Viking.

Jidher li l-immigranti se jkunu qed jitniżżlu f’Lampedusa.

Il-vapur tal-NGO SOS Mediterranee kien ilu jitlob kenn għall dawn l-aħħar jiem, u fl-aħħar sigħat, mara tqila li żviluppawlha kumplikazzjonijiet, flimkien ma’  żewġha, tniżżlu minn abbord u nġiebu Malta biex welldet ftit sigħat biss wara li waslet pajjiżna.

Il-mara, bl-isem ta’ Gift, welldet tifel li ingħata l-isem ta Goodluck.

L-Ocean Viking issa jinsab fi triqtu lejn il-Gżira Taljana ta’ Lampedusa. L-awtoritajiet Taljani għadhom qed jikkunsidwar jekk il-vapur għandux jidħol direttament fil-port, jew ineklla jiġux evakwati dawk abbord permezz ta’ patrol boats tal-Gwardja tal-Kosta Taljana.

Fuq il-vapur issa hemm total ta’ 82 persuna abbord wara li ġiet evakwata il-koppja li welldet it-tarbija tagħhom f’Malta.

L-immigranti abbord kienu nġabru f’żewġ operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati.