Il-Belt Valletta kienet qawsalla ta’ kuluri bil-bnadar hekk kif is-Sibt waranofsinhar, għal sena oħra ttella’ l-Pride March, li hu meqjus bħala l-qofol ta’ Pride Week.
Din il-mafnifestazzjoni ssir fl-okkażjoni ta’ ġimgħa ddedikata għal attiitajiet b’messaġġi favur l-ugwaljanza fis-soċjetà, partikolarment għal persuni LGBTIQ+.
NET News tkellem ma’ wħud li attendew għal din il-parata, li spjegawlna għaliex jieħdu seħem f’din il-mixja.
Din il-mixja, tittella sabiex jiġu mfakkra d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+ filwaqt li għandha l-għan li tinkaroġġixxi lil min għadu beżgħan juri min verament hu lis-soċjeta’, sabiex jagħmel dan.
Dan il-Pride March iwassal ukoll diversi messaġġi dwar kif is-soċjetà għandha tkun aktar miftuħa biex tilqa’ nies b’orjentazzjoni sesswali u karratteristici ta’ ġeneru differenti u biex ħadd ma jkun beżgħan juri l-individwalità tiegħu
Fost il-ħafna li attendew din il-mixja, kienu preżenti wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Adrian Delia, li kien akkumpanjat minn Deputati, kif ukoll uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
