Enrica – tfajla li fiċ-ċokon u ż-żgħożija tagħha laħqet il-perfezzjoni… u l-Mulej xtaq li jeħodha miegħu sabiex tgawdih fejn m’hemmx aktar tbatija u qtiegħ il-qalb.
Issa Enrica, se tgawdi dak kollu li aħna mixjin lejh.
Kliem Fr Claude Portelli, waqt il-quddiesa taċ- ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Enrica Mifsud Bonnici… tfajla li tilfet ħajjitha ġimgħa ilu.
Waqt il-quddiesa, li saret is-Sibt filgħodu fil-knisja ta’ San Ġiljan. u li kienet immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, spikkaw il-ħwejjeġ kkuluriti li libsu dawk kollha li attendew, hekk kif mitlub ill-qraba ta’ Enrica, bħala simbolu tal- pożittivita u l-imħabba tremenda li ħalliet warajha iċ-ċkejkna Enrica.
Enrica Mifsud Bonnici tilfet il-battalja kontra l-marda tal-kanċer, fl-età tenera ta’ 13-il sena.
Tul il-mumenti diffiċli tal-marda tagħha, hi dejjem żammet tbissima fuq wiċċha u ġiet deskritta bħala anġlu li ffaċja il-marda li kellha b’kuraġġ.
Id-donazzjonijiet li nġabru matul il-quddiesa tal-aħħar tislima lil Enrica ingħataw kollha lil Puttinu Cares fuq xewqa tal-familja taċ-ċkejkna.
Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, il-Viċi kapijiet, eks kapijiet u diversi Membri Parlamentari Nazzjonalisti…