Lokali

RITRATTI: Grupp kbir ta’ persuni jorqdu barra f’Tas-Sliema

NetNews irċieva numru ta’ ritratti ta’ numru mdaqqas ta’ persuni rieqda barra fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema.

F’kummenti li tawna residenti u dawk li jiffrekwentaw il-post qalulna li din is-sitwazzjoni ilha ssir, u li kontinwament qed jaraw in-numru tal-persuni li jorqdu barra jiżdiedu.

Mill-aħħar statistika tal-NSO ħareġ li kważi 80,000 persuna f’pajjiżna jinsabu f’riskju ta’ faqar. B’kollox hemm rata ta’ 16.8% tal-popolazzjoni li tinsab f’riskju ta’ faqar, numri li juru żieda mill-aħħar stħarrija. Dan biex wieħed ma jsemmix ukoll l-113,238 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar meta tinkludi benefiċji bħal penzjoni.

Statistika oħra li ħarġet minn dan ir-rapport hi li hemm madwar 36 elf ruħ li m’għandhom biżżejed flus biex iżommu d-dar tagħhom sħuna fix-xitwa, 27 elf ruħ li ma jaffordjawx jieklu laħam, tiġieġ, ħut jew veġetarian u 12-il elf ruħ li mhux jibqalhom biżżejed flus fl-aħħar tax-xahar biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-loans tal-bank, u ‘il fuq minn 9,500 m’għandhomx biex jixtru karozza.