Lokali

Iberraq fuq il-Port Ħieles

Xenarju li qiegħed iseħħ fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet li kien għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat li ma jridx li l-Freeport ikompli jikber

Fl-aħħar ġimgħat naqas sew il-volum ta’ xogħol fil-Port Ħieles ta’ Malta. Mhux magħruf x’wassal għat-tali sitwazzjoni li issa bdiet tinħass ukoll fost l-impjegati li jistgħu jipparagunaw il-volum attwali ta’ xogħol ma’ dak li kienu jagħmlu sa ftit tax-xhur ilu biss.

Din is-sitwazzjoni hi waħda tat-tħassib għall-istess impjegati tal-Port Ħieles u sorsi li tkellmu magħna qalulna li huma ma jeskludux li grazzi għal dak li qed jiġri, it-tmexxija tal-Port Ħieles tista’ twaqqaf numru ta’ ħaddiema billi ma ġġeddidilhomx il-kuntratt tax-xogħol.

Dawk li tkellmu ma’ il-mument, fissrulna li huma qed jesperjenzaw tnaqqis notevoli fil-volum tax-xogħol. Qabel ma kinux jistgħu jlaħħqu max-xogħol li kellhom, b’bastiment ġgantesk wieħed wara l-ieħor jidħlu fil-Port Ħieles Malti għal skop ta’ trasbord.

Illum ix-xenarju nbidel u għalkemm il-vapuri kbar għadhom jidħlu fil-Port Ħieles, il-moviment tal-containers jidher li naqas sew.

Aqra aktar dwar dan fuq il-gazzetta il-mument tal-lum.