Għaddej ġmielu l-proċess ta’ armar għall-Festi tal-Indipendenza, barra l-bini tad-Dar Ċentrali, bi tħejjija għall-attivitajiet ewlenin ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa.
Min jgħaddi minn quddiem id-Dar Ċentrali issa jista’ jara l-qafas prinċipali tal-palk, kif ukoll it-tined minfejn il-Kumitati se jkunu qed ibigħu l-ikel u anke t-torri ewlieni tal-kontroll.
Fil-jiem li jifdal, se jkunu qed jintramaw ukoll l-aħħar partijiet tal-Villaġġ tal-Indipendenza, li bħas-soltu se joffri ftit minn kollox għal kulħadd.
NET News tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, li spjega x’se jsib min jattendi għal dawn l-attivitajiet.
Clyde Puli spjega li b’dawn l-attivitajiet, il-Partit Nazzjonalista mhux biss irid ifakkar dak li għaddejna minnu kemm ilna Indipendenti, iżda fuq kollox, dwar il-viżjoni ta’ pajjiżna għall-futur.
L-attivitajiet iwasslu fi tmiemhom xahar sħiħ ta’ attivitajiet imferrxa madwar Malta u Għawdex.
Din is-sena timmarka l-55 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza miksuba b’ħidma mfassla minn Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ Borg Olivier.
//= $special ?>