Il-fatt li x-xogħol f’Santa Luċija baqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn, minkejja s-sejbiet arkeoloġiċi li nstabu fil-qrib, qed iqajjem tħassib li se ssir ħsara rreparabbli.
Dan għaliex minkejja l-assigurazzjonijiet li x-xogħol f’Santa Lucija qed isir b’reqqa kbira, is-Sibt minn sbieħ il-jum, beda għaddej xogħol ta’ tħaffir b’jigger.
Iżda f’risposta lil Net News, il-Ministru Ian Borg ftit li xejn ma deher imħasseb minn dak li għaddej, u r-riskju li dan is-sit storiku ssirlu l-ħsara iżda kien iktar iffukat li l-proġett jibqa’ għaddej.
“M’għandix dubju li Infrastructure Malta u s-Sovratendenza tal-Patrimonju Nazzjonali qed jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex jissalvagwardjaw il-patrimonju nazzjonali, il-fdalijiet storiċi li forsi jista’ jkun hemm, u fl-istess ħin dan il-proġett tant importanti jsir ukoll.”
Ian Borg għamel din id-dikjarazzjoni wara konferenza tal-aħbarijiet oħra minn sensiela li qed jorganizza … waħda kull ftit jiem.
Din id-darba hu kien fil-Birżebbuġa Sailing Club attenda għal inawgurazzjoni ta’ donazzjoni ta’ żewġ muturi għar-ribs tal-klabb, waħda minnhom b’donazzjoni mill-privat … imma minflok spiċċa jisma’ kif dan il-klabb jinsab bla faċilitajiet.
Fost dawn is-slipway imfarrka li t-tfal u l-membri tal-klabb ikollhom jużaw biex iniżżlu d-dgħajjes tagħhom, b’riskju li jweġġgħu jew jagħmlu l-ħsara.
Anke proġett imwiegħed biex tinbidel din is-slipway, iżda li għadu ma bediex, jinjora l-bżonnijiet ta’ dan il-klabb.
Tant hu hekk li l-uffiċjali tal-klabb qalu li bis-slipway rinovata jew le, id-dgħajjes tagħhom xorta jistgħu jibqgħu imissu l-qiegħ u ssirilhom il-ħsara.
Dan ifisser li l-membri tal-klabb se jkollhom jibqgħu jinżlu minn fuq ir-ramel, kif jagħmlu sa llum, b’detriment għall-għawwiema … sitwazzjoni li qed iddaħħalhom fi kwistjonijiet ma’ dawk li jużaw il-bajja.Uffiċjali tal-klabb spiċċaw jitkarrbu lill-uffiċjali ta’ Transport Malta li kienu preżenti biex jagħmlu infurzar hekk kif din is-slipway spiss tispiċċa mblukkata mill-karozzi u l-karrijiet tad-dgħajjes.d
//= $special ?>