L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Partit Laburista għalqet il-Każin Laburista fil-lokalità tal-Imqabba minħabba diżgwid mal-Kumitat Lokali li jmexxi l-każin.
Dan wassal biex is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ naħat eskalat sal-punt li l-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Partit Laburista ordnat li għalissa dan il-każin jingħalaq sakemm l-affarijiet ikunu ċċarati u jkun hemm qbil dwarhom.
Dan hu t-tieni każin Laburista li ngħalaq mill-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Partit fl-aħħar ġimgħat. L-ewwel każ kien dak dwar il-Każin Laburista ta’ Triq il-Ġafar f’Tas-Sliema, u r-raġuni għall-għeluq tiegħu kienet minħabba li dan kien sar niċċa għall-abbuż tad-droga u l-logħob tal-azzard. Dwar dak il-każ, żvelat minn il-mument, il-Partit Laburisa żamm skiet perfett.
Kien il-Partit Laburista, li mill-Amministrazzjoni Ċentrali tiegħu, li ddeċieda li dan il-każin tassew iffrekkwentat minn nies, jingħalaq fl-eqqel tas-sajf wara li minn Ġunju lil hawn dan il-każin beda jkun iffrekkwentat minn numru ta’ persuni rinomati għat-traffikar tad-droga u minn oħrajn b’passat kriminali.
Aqra aktar fil-gazzetta il-mument.
//= $special ?>