Lokali

Jingħata raġun fuq allegazzjoni ta’ inġustizzja

L-Ispettur Elton Taliana ngħata raġun mill-Ombudsman fuq allegazzjoni ta’ inġustizzja fuqu mill-Korp tal-Pulizija u mill-Kummisarju Lawrence Cutajar.

Elton Taliana daħal fil-korp fl-24 ta’ Marzu 2000 u laħaq Spettur fi Frar 2008 fejn sentejn wara ġie konfermat u ħa t-tieni pip jiġifieri it-tieni stilli fuq l-ispalla tal-uniformi.

Wara servizz ta’ tmien snin – kif inhi l-proċedura – Taliana kellu jirċievi it-tielet pip li twassal għal żieda fis-salarju … iżda dan ma sarx u ma ngħatat l-ebda raġun valida għal dan.

L-unika raġuni li ħarġet mill-Kummissarju kienet li sakemm għandu proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar każ ta’ dixxiplina, kollox kien ġie friżat. Dan mhux biss affettwa lill-Ispettur mentalment, iżda anke min-naħa ta’ karriera għaliex il-paga baqgħet li kienet u ma seta’ japplika għall-ebda promotion.

Kien għalekk illi dan il-każ tressaq quddiem l-Ombudsman li rrimarka li fil-każ tad-dixxipplina, il-proċeduri għadhom bilkemm bdew. Mhux talli hekk, talli l-Qorti Ċivili annullat il-pedament li ġie mill-Bord tal-Pulizija apparti kontradizzjoni mal-inkjesta interna.

Kien għalekk illi l-Ombudsman irrimarka li huwa ħażin li uffiċjal pubbliku jsofri kastig qabel jinstab li għamel xi ħaġa li tmur konra l-korp jew kontra l-liġi.Filfatt, fir-rakkomandazzjoni tiegħu l-Ombudsman qal li l-Ispettur Taliana għandu jingħata iż-żieda fil-paga u t-tielet pip kif ukoll l-opportunità li japplika għall-vakanzi li ħarġu għar-rank ta’ Supretendent anke jekk hemm bżonn permezz ta’ estenzjoni tat-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.