Lokali

Tlieta arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Raħal Ġdid

Tliet żgħażagħ ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga wara rejd li twettaq ilbieraħ waranofsinhar f’attività ta’ divertiment f’Raħal Ġdid.

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Birgu, u żewġ tfajliet ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u lFgura rispettivament, waqt attivita’ ta’ divertiment f’Raħal Ġdid ġew arrestati wara kellhom fil-pusses tagħhom pilloli ecstasy u pakketti bit-trab abjad suspettat kokajina f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għall-użu esklussiv tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuni ser jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużati fost oħrajn bil-pussess aggravat tad-droga kokajina u ecstasy.