Il-President Amerikan Donald Trump qal li t-tifel ta’ Osama bin Laden inqatel waqt operazzjoni kontra t-terroriżmu.
Fi stqarrija maħruġa mill-White House, Trump qal li l-operazzjoni li fiha nqatel Hamza bin Laden saret fir-reġjun bejn l-Afghanistan u l-Pakistan.
Trump sostna li l-qtil ta’ Hamza bin Laden ma jfissirx biss telf tal-mexxej u r-rabta simbolika mal-missier, iżda wkoll jimmina l-attivitajiet tal-grupp terroristiku.
Uffiċjal Amerikan qal li Hamza nqatel xhur ilu viċin il-fruntieri bejn iż-żewġ pajjiżi. Dak iż-żmien Trump ġie mgħarraf bl-operazzjoni.
Hamza huwa maħsub li kellu 30 sena u kien ħa post missieru meta dan inqatel.
//= $special ?>