VITTORIOSA S…1
QRENDI……….…2
Vittoriosa S: Z.Valletta, J.Briffa, A.Galea I.Abela, K.Vella, T.Abela-Wilson, L.Gauci, (D.Tabone 46), I.Curmi, (A.Ellul 64), G.Sultana, (L.Casha 88), O.Guerrero, Renan Sgaria
Qrendi: D.Zarb, S.Schembri, E.Vella, A.Curmi, L.Martinelli, D.Azzopardi, A.Agius, L.Schembri, (C.Camilleri 64), Jonatan Silva, (D.Sammut 76), Dhonatan da Hora, (S.Radovanovic 88), A.Nilsson.
Referee: Fyodor Zammit
Qrendi kellhom bidu tajjeb tal-istaġun meta grazzi għal żewġ gowls skorjati fl-ewwel 20 minuta tal-logħba għelbu lil Vittoriosa 2-1, bit-tim mill-Kottonera jipprova jidħol tard wisq fil-logħba.
Ir-rebħa ta’ Qrendi kienet għal kollox meritata fejn speċjalment fl-ewwel taqsima kellhom diversi okkażjonijiet ta’ skor minbarra ż-żewġ gowls skorjati. Qrendi fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta Silva seraq ballun tajjeb f’nofs il-grawnd u qassam lejn Alex Nillson li ħataf l-okkażjoni u skorja b’xutt sabiħ.
Qrendi komplew jinsistu u ħames minuti wara skorjaw it-tieni gowl grazzi għal azzjoni personali ta’ Santos Da Hora li minn qagħda angolata għeleb lill-goalkeeper Valletta. Qrendi kellhom iktar ċansijiet ta’ skor u kien biss il-goalkeeper Valletta li żamm lil Vittoriosa fil-logħba.
Fit-tieni taqsima Vittoriosa kienu iktar fil-logħba anki jekk fil-bidu tat-tieni taqsima kien Da Hora li falla ċans tajjeb li jagħlaq il-logħba bit-tielet gowl. Fis-70 minuta is-sostitut Tabone twaqqa’ fil-kaxxa minn Zarb u mill-11-il metru Guerrero ma żbaljax.
Vittoriosa bdew jemmnu li jistgħu jsalvaw il-logħba iżda kien Da Hora li reġa’ falla ċans faċli ta’ skor biex fl-aħħar battuti kien il-goalkeeper ta’ Qrendi Zarb li salva r-riżultat fuq daqqa ta’ ras ta’ Renan Sgaria.
Chris Cassar
Naxxar isalvaw b’penalty fl-aħħar
SWIEQI UNITED…2…..NAXXAR LIONS…2….
Swieqi U: E.Gatt, J.Azzopardi, S.Bugeja, M.Ivanovic, K.Sultana, (M.Camilleri 79), M.Farrugia, A.Schembri Wismayer, R.Taliana, (K.Muscat 59), G.Bugeja, A.Tejumola, (F.Fernandes 52), I.Salis
Naxxar L: O.Borg, A.Azzopardi, (R.Mercieca 82), B.Essel, J.Camilleri (J.Ellul 46), S.Meilak, M.Fenech, M.Mifsud, J.Debono, D.Falzon, G.Martins Leite, E.Farias.
Referee: Slawomir Olucha
Naxxar Lions u Swieqi temmew fi draw spettakolari ta’ 2-2 f’logħba mill-iktar interessanti u li fiha n-Naxxarin kellhom jistennew sal-94 minuta biex salvaw ir-riżultat grazzi għal penalty skorkjat minn Martins Leite.
Anki jekk miksub b’mod iddisprat id-draw tan-Naxxarin kien wieħed ġust għaliex ma kienx ħaqqhom joħorġu telliefa għall-isforzi tagħhom. Iż-żewġ naħat kellhom l-opportunitajiet tagħhom fil-bidu tal-logħba fejn it-tnejn ħarġu jfittxu gowl kmieni, u dan kisbuħ Swieqi fit-18-il minuta meta minn kross preċiż ta’ Tejumola, l-ballun wasal għand Roderick Taliana li wara li kkontrolla tajjeb skorja b’xutt sabiħ.
Naxxar kellhom xi tentattivi biex jiksbu l-gowl tad-draw iżda kellhom jistennew sal-bidu tat-tieni taqsima biex għamlu dan grazzi għal xutt qawwi ta’ Jurgen Debono mill-qalba tal-kaxxa wara azzjoni konfuża fil-kaxxa ta’ Swieqi.
Naxxar issa bdew jilagħbu aħjar fejn Martins Leite beda jkun xewka fid-difiża avversarja u fit-63 minuta minn azzjoni tiegħu l-ballun wasal għand Azzopardi li laqat il-lasta.Żewġ minuti wara kienu Swieqi li reġgħu marru fil-vantaġġ meta Ibrahim Salis daħal tajjeb għal kross ta’ Ivanovic u skorja b’daqqa ta’ ras preċiża.
Erba’ minuti wara Swieqi setgħu għalqu l-logħba meta rovexxata spettakolari tas-sostitut Fernandes stampat mal-mimduda. Meta kollox deher mitluf għal Naxxar dawn kisbu l-gowl tad-draw meta Ivanovic waqqaf b’mod skorrett lil Farias u mill-11-il metru kien Martins Leite li spara fix-xibka.
//= $special ?>