The End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn u ALS Malta se jkun qed isir fl-20, 21 u 22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa.
Dan kien imħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Daniel Chircop u Joseph Armani, fil-preżenza wkoll ta’ Maria, mart Bjorn.
Preżenti wkoll il-Ministru Owen Bonnici u membri tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, hekk kif din l-attività se tkun qed issir bl-għajnuna tal-istess Kunsill.
Id-dħul għall-End of Summer Family Weekend Festival se jkun b’xejn, bil-varjetà fit-tliet serati tibda fis-7pm.
Minbarra talenti lokali, se jkun hemm bosta live tributes, bħal ta’ Spice Girls, Robbie Williams, U2, Kylie Minogue, Bon Jovi u Michael Jackson.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi biex, filwaqt li jieħdu pjaċir, jgħinu lil ALS Malta fil-ħolma ta’ Dar Bjorn akbar.
//= $special ?>