Pulizija F’Hong Kong użaw kanuni tal-ilma u gass tad-dmugħ kontra dimostranti li kienu qed jixħtu bombi tal-petrol u brikks qrib uffiċini tal-Gvern f’din il-belt.
Il-vjolenza faqqgħet wara li eluf ta’ dimostranti favur id-demokrazija ħarġu fit-toroq minkejja li l-pulizija naqset milli toħroġ permessi għal dan.
Aktar tard, inqala’ xi ġlied bejn gruppi rivali ta’ dimostranti madwar il-belt.
Mijiet ta’ persuni nġabru wkoll quddiem il-Konslu Ingliż fejn talbu sabiex ir-Renju Unit iżid il-pressjoni fuq iċ-Ċina biex jiġu ggarantiti l-libertajiet miftehma meta Hong Kong għaddiet liċ-Ċina.
Dawn id-dimostrazzjonijiet bdew wara li ġiet proposta liġi ġdida li kien se jagħmilha possibbli li persuni f’Hong Kong jiġu estraditi lejn iċ-Ċina – xi ħaġa li ħafna qalu setgħet twassal għal ksur ta’ drittijiet umani.
//= $special ?>