Wara kundanna mill-Greco, il-Kummissjoni Venezja, ir-Rapport tal-Kummisjoni Ewropea u issa anke r-Rapport tal-Moneyval… il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, flok jerfa’ r-responsabiltà jew jieħu azzjoni, qed iwaħħal dan kollu f’ħaddieħor. U skont il-Ministru dawn kollha ġibdu attenzjoni fuq Malta bla bżonn.
Pajjizna qed jirriskja li jispicca blacklisted jekk ma jkunx hemm azzjonijiet konkreti fi zmien 12-il xahar. U dan ħareġ ċar mir-rapport finali tal-Moneyval ippubblikat mill-Kunsill tal-Ewropa….b’rizultat li l-Gvern qed ipoġġi l-impjiegi tal-eluf ta’ haddiema tas-settur tas-servizzi finanzjarju f’riskju.
Iżda għalkemm, id-dokument tal-Kunsill tal-Ewropa juri li r-riżorsi limitati, kemm umani kif ukoll finanzjari, li huma allokati għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’każi ta’ ħasil ta’ flus, itappnu ferm il-kapaċità ta’ Malta li tiġġieled il-ħasil ta’ flus b’mod effettiv… is-soluzzjoni tal-Ministru hi li jħalli fl-idejn l-istess istituzzjonijiet.
Malta għadha mhux tieħu l-passi legali mistennija kontra persuni suspettati b’ħasil ta’ flus u Moneyval qed ipoġġi dubji fuq l-impenn tal-Gvern li jiġġieled il-ħasil tal-flus.
Tant illi fil-konklużjonijiet tar-rapport jingħad li “l-investigazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus ma jidhrux li huma prijorita’ għall-awtoritajiet Maltin”. U l-Pulizija f’każi rari tmexxi fuq rapporti maħruġa mill-FIAU.
Il-Ministru Scicluna mhux biss mhux qed jieħu azzjoni iżda jibqa’ jfarfar.
Mistoqsi dwar l-intervista ma’ ‘The Telegraph’ fejn il-Ministru kien żvijja mill-problemi li pajjiżna qed jaffaċċja qabel ħareġ ir-rapport tal-Moneyval, fl-istess sentenza Edward Scicluna reġa’ żvijja u semma problemi ta’ pajjiżi oħra.
Il-pressjoni fuq il-Ministru tal-Finanzi qed tkompli tikber lejlet il-Budget li se jressaq ftit tal-gimghat ohra…b’ghajnejn il-Kummissjoni Ewropej qedghin fuq il-Gvern Malti.
//= $special ?>