Ġurnata mimlija laqgħat għall-Papa Franġisku wasslet biex kellu jinbidel il-ħin ta’ laqgħa mal-President ta’ Malta George Vella, li jinsab fil-Vatikan għal żjara uffiċjali. L-impenji tal-Papa wasslu biex il-laqgħa kienet antiċipata għad-09:30 ta’ dalgħodu, bil-Papa jiskuża ruħu mmedjatament għal dan l-inkonvenjent, li fisser ukoll ksur tal-protokoll.
Min-naħa tiegħu l-President Malti, li ntlaqa’ fil-Bibljoteka Apostolika, kien pront iwieġeb li “mhux problema.”
Il-President Vella stieden ukoll lill-Papa Franġisku għal żjara f’Malta, u fakkru li Karol Wojtyla żarna darbtejn. Hu għadda lill-Papa rikordju fil-forma ta’ mużajk magħmul mid-deheb, fidda u ħġieġ b’rappreżentazzjoni tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
//= $special ?>