Kurżitajiet

Jaqbad ħuta qisha dinożawr

Sajjied żagħżugħ baqa’ b’ħalqu miftuħ hekk kif tella’ ħuta li aktar tixbaħ dinożawr żgħir.

Oscat Lundahl kważi spiċċa qabeż mid-dgħajsa li kien fuqha hekk kif f’tarf ix-xlief sab ħuta b’għajnejn ibbuzzati u akbar ferm minn normal.

Jidher li l-ħut hija tar-razza ratfish – ħuta li tgħix f’ilmijiet fondi u tidher li tiġi mill-bogħod mir-razza tal-klieb il-baħar.

Il-ħuta mhux perikoluża għall-bnedmin u ġġib ismiha mid-denb twil li xi xjenzati li skoprewha kienu xebbħuh ma’ dak ta’ ġurdien.

L-għajnejn kbar ta’ din il-ħuta, jgħinu fid-dlam għax jirrifflettu d-dawl bħal dawk tal-qtates.