Lokali Transport

Jum ieħor…l-istess perċezzjoni

Traffiku fil-Marsa Ħamrun By-pass

Ftit jiem qabel ikompli jiżdied il-ġenn fit-toroq, hekk kif il-ġimgħa d-dieħla jerġgħu jiftħu l-iskejjel f’pajjiżna, is-sewwieqa fit-toroq tagħna xorta ta’ kuljum għadhom iqattgħu ħinijiet twal ta’ frustrazzjoni mwaħħla fit-traffiku.

Illum mhux eċċezzjoni hekk kif għadd ta’ persuni ikkuntattjaw lil Net News dwar id-diżastru li, għal darbo’ħra, reġgħu sabu fit-toroq.

Fiz-zona partikolari tal-Marsa-Ħamrun bypass (fejn il-Ministru Ian Borg tant ftaħar bit-twessiegħ tat-toroq) is-sitwazzjoni reġgħet kienet kaotika għal ħin twil.