Kienet ta’ €1,668,209 is-somma miġbura wara maratona ta’ 60 siegħa b’risq Puttinu Cares. Din kienet il-15 il Maratona ta’ Puttinu.
Fost attivitajiet, din il-maratona rat mijiet ta’ timijiet jisfidaw lil xulxin fil-logħbiet tal-futbol fil-Marsa Sports Ground, u l-Ħadd rat deputati miż-żewġ partiti l-kbar jikkompetu kontra xulxin.
Attrazzjoni oħra kienet il-preżenza tal-plejer ta’ fama internazzjonali Roberto Carlos, fejn tfal u adulti anke kellhom l-opportunità li jilgħabu l-football mal-ex plejer ta’ Inter, Real Madrid kif ukoll tal-Brażil.
Madwar 90 pazjent fix-xahar jitilqu minn Malta biex imorru r-Renju Unit għal trattament u l-ħtieġa li jinbnew aktar appartamenti tinħass ħafna. L-etajiet tal-pazjenti jvarjaw minn trabi ta’ twelid sa anzjani ta’ 89 sena. Individwi ta’ kull età jistgħu jkunu fil-bżonn ta’ dawn l-appartamenti fl-istess ħin.
Is-somma miġbura mistennija tintuża biex tinxtara art qrib iċ-ċentru ta’ Londra. Dan huwa proġett ieħor ta’ Puttinu li se jkollu benefiċċji fit-tul.
Id-donazzjonijiet minn benefatturi Maltin u Għawdxin jintużaw bl-aktar għaqal u bl-iktar reqqa possibbli.
//= $special ?>