Din hi s-sitwazzjoni li jinsabu fiha r-residenti ta’ Triq Zarenu Dalli f’Birżebbuġa … sitwazzjoni deskritta mir-residenti li tkellmu magħna bħala “gaġġa u ħabs”.
Sitwazzjoni li, kif inhu evidenti, qed toħloq inkonvenjent kbir hekk kif dawn ir-residenti issa anke qed jinkwetaw għax kif tagħmel ix-xita se jispiċċaw jegħrqu f’darhom. L-inkonvenjent hu akbar fuq persuna b’diżaibbiltà li tgħix f’din it-triq.
Apparti r-residenti, li kif rawna fit-triq ħarġu mill-gallariji biex juruna kemm jinsabu urtati u karbulna biex ngħinuhom isemmgħu leħinhom.. għaliex sfaw minsija mill-gvern u minn Infrastructure Malta ta’ Ian Borg, tkellimna wkoll mas-Sindku ta’ Birżebbuġa, Joseph Farrugia.
Il-Gvern mhux biss nesa lir-residenti, iżda wkoll lill-Kunsill Lokali li, minħabba li issa Infrustructure Malta qed tieħu ħsieb dawn it-tip ta’ proġetti, dawn ir-residenti spiċċaw għal kollox minsijja għax id-Dipartiment ta’ Ian Borg jidher li moħħu biss fit-twessigħ ta’ toroq u tqaċċit ta’ siġar minn toroq prinċipali.
//= $special ?>