Torino fallew l-opportunità li jitilgħu fil-quċċata ma’ Inter meta wara żewġ rebħiet, kienu megħluba f’darhom minn Lecce 2-1. Fuq in-naħa l-oħra din kienet l-ewwel rebħa għat-tim promoss wara żewġ telfiet.
Kienu Lecce li marru fil-vantaġġ fil-35 minuta meta xutt mill-kaxxa ta’ Federico Falco ġie salvat parzjalment minn Salvatore Sirigu, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ DIEGO FARIS li skorja mir-rebound b’xutt b’saħħtu.
Fit-tieni taqsima, Torino żiedu l-isforzi tagħhom u wara li kellhom gowl imħassar ta’ Andrea Belotti, fit-58 minuta kien l-istess ANDREA BELOTTI li ġab id-draw minn penalty wara li ġie ġġudikat li Andrea Tabanelli waqqa’ lis-sostitut Simone Zaza.
Iżda Lecce skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta meta Sirigu salva parzjalment xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Marco Calderino, bil-ballun jispiċċa għand MARCO MANCOSU li skorja mir-rebound b’xutt mill-ewwel.
//= $special ?>