Lokali

Żagħżugħ Żabbari l-isptar wara inċident f’Birżebbuġa

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie rikoverat l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident aktar kmieni dalgħodu.

Jidher li ż-żagħżugħ, li kien qed isuq Volkswagon Golf, kien involut f’ħabta ma’ vettura tat-tip Isuzu misjuqa minn raġel ta’ 60 sena. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00am fi Triq Ħal Far.

Kawża tal-inċident, it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa, u l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.