Ambjent Internazzjonali

Ilu 3 ġimgħat jipprotesta fuq siġra…għax se jqaċċtu 25!

Qed jibqa' jipprotesta f'Pariġi quddiem il-Ministeru tal-Ekoloġija

Ilu 21 jum imdendel ma’ siġra – waħdu – iżda determinat li jwassal il-messaġġ tiegħu. Thomas Brail qed jisraq l-aħbarijiet fi Franza meta b’inizjattiva personali beda din il-protesta quddiem il-Ministeru Franċiż tal-Ekoloġija sabiex isalva 25 siġra fiz-zona ta’ Gers – siġar li se jitqaċċtu biex jagħmlu spazju…għat-toroq.

Diversi ambjentalisti u għaqdiet non-governattivi qed juru appoġġ totali għal Brail, b’ħafna jsejjħulu “eroj tal-ambjent”.

Thomas Brail qed jinsisti li mhux se jinżel minn fuq is-siġra sakemm l-awtoritajiet jirrevedu l-pjan tagħhom, u s-siġar jiġu salvati.

Sa issa r-raġel għadu qed jirreżisti f’din il-protesta fil-qalba tad-distrett fejn hemm boulevard Saint-Germain.