Kontroversja ġdida fil-qasam edukattiv wara li kap ta’ skola partikolari bagħat jinforma lill-ġenituri tal-istudenti tiegħu li ċ-ċirkolari, minn issa ‘l quddiem, se jintbagħtu biss bl-Ingliż.
Jidher li d-deċiżjoni ttieħdet hekk kif l-ammont ta’ studenti barranin li jattendu f’din l-iskola żdied sew fl-aħħar snin, bil-konsegwenza li komunikazzjoni bil-Malti m’għadiex effettiva.
Iżda din id-deċiżjoni qajmet ħafna kontroversja u kritika … liema kritika tant kienet qawwija li wasslet biex l-iskola tirtira d-deċiżjoni tagħha.
Fost dawk li kkritikaw bl-aħrax din id-deċiżjoni kien hemm ill-kittieb Trevor Zahra li kiteb fuq il-midja soċjali u esperima tħassib li l-lingwa Maltija qed tintilef.
“Ili ngħid li bil-ħafna tfal barranin li qed jiżdiedu fl-iskejjel tagħna, hemm il-periklu li bil-mod il-mod nibdew nitilfu l-lingwa tagħna,” iddikjara Trevor Zahra.
“Issa beda jberraq bis-serjetà. Araw din iċ-ċirkulari “tal-MISTĦIJA” li ċertu Kap tal-iskola bagħat lill-ġenituri,” kompla Trevor Zahra, li ppubblika ċ-ċirkolari kif waslet għandu.
Zahra qal li hu għandu d-dettalji kollha ta’ liema skola hi u min hija l-persuna responsabbli, iżda ddikjara li għalissa mhux se jxandarhom. Dan waqt li nnota li kien hemm min bagħat jipprotesta mal-awtoritajiet, imma baqa’ bla tweġiba.Waqt li qal illi din il-mossa tal-Kap tal-Iskola hi “tal-mistħija”, esprima tħassib li ghal xi wħud il-bilingwiżmu jfisser biss li jitwarrab il-Malti.
//= $special ?>