Futbol Sport

L-eks plejer ta’ Milan Alberico Evani jniedi l-ktieb tiegħu

Ftit jiem ilu, l-eks plejer ta’ Milan Alberico Evani kien il-mistieden ewlieni tal-Milan Supporters Club ta’ Għawdex. L-għan taż-żjara tiegħu kienet li jippreżenta l-ktieb tiegħu Non Chiamatemi Bubu. F’intervista mal-kollega Charles Camenzuli, Evani tkellem dwar il-ktieb tiegħu kif ukoll fuq diversi temi oħra bħal kif it-talent żagħżugħ Taljan jippretendi li jkun laħaq livell għoli minkejja l-età tiegħu.

Fil-bijografija uffiċjali, Evani hu deskritt bħala wieħed mill-plejers ta’ Milan li kkontribwixxa biex ir-Rossoneri rritornaw għas-suċċess lejn tmiem is-snin 80. Hu fosthom kien apprezzat mill-kowċ Arrigo Sacchi għad-dixxiplina tattika u l-ħeffa fuq il-linja xellugija.

Ma’ Milan hu rebaħ kollox fejn jispikkaw il-prestazzjonijiet fil-finali tas-Super Cup Ewropea u t-Tazza Interkontinentali fl-1989, żewġ unuri li waslu b’gowls tiegħu minn free-kick. Fil-preżent, Evani hu l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Roberto Mancini.