Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jibqa’ jaħrab domandi dwar meta se jitlaq mill-kariga tiegħu, hekk kif it-Tlieta kien affaċjat bid-domandi tal-ġurnalisti fi tmiem laqgħa tal-Kabinett.
Il-Prim Ministru ilu żmien twil jgħid li mhux se jibqa’ f’Kastilja għal aktar minn żewġ leġiżlaturi.
Fil-fatt, l-Ħadd li għadda Joseph Muscat irrefera biss għall-fatt li mhux se jitlaq wara l-Budget, jiġifieri x-xahar id-dieħel. Iżda x’se jagħmel mal-bidu tas-sena l-ġdida, ma qalx. Tant illi sħabu tal-Kabinett għaddejjin b’ġirja sfrenata biex jimbuttaw ‘il quddiem il-kandidati favoriti tagħhom.
Wara il-laqgħa, Muscat kien mistoqsi wkoll rigward l-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, izda hu baqa’ ma ta l-ebda data meta din se tibda, l-istess kif għamel ftit tal-jiem ilu l-Ministru Carmelo Abela. Intant waqt il-laqgħa tal-Kabinett, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, għalkemm ma żvela xejn mill-Budget, wera biċ-ċar li se jkun qed jissikka iċ-ċintorin.
//= $special ?>