Passiġġier qed isofri ġrieħi gravi wara li nqalbet vettura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq Delimara, Marsaxlokk meta għal xi raġuni l-karozza tilfet il-kontroll u nqelbet.
Fil-karozza, barra s-sewwieq, 36 sena mill-Kalkara, kien hemm passiġġier fejn filwaqt li s-sewwieq ta’ 22 sena minn Ħal Tarxien, ma sofra l-ebda feriti, il-passiġġier ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza biex jingħata l-kura.
Bħalissa fiż-żona hemm xi traffiku minħabba li t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>