Internazzjonali

Renzi jħalli l-PD u jifforma partit ġdid

Ma taqta’ xejn il-kriżi politika fl-Italja, issa fi ħdan il-Partito Democratico – il-partit li flimkien maċ-5 Stelle qieghed fil-koalizzjoni tal-Gvern il-gdid.

Izda il-hajja ta’ din il-koalizzjoni ma tantx bdiet bit-tajjeb. Il-PD qed jidher maqsum. Ħafna mhux jaqblu mal-alleanza li saret ma’ Di Maio…tant illi Matteo Renzi spicca telaq lill-PD u ħabbar li se jwaqqaf partit għalih.

Hu ċempel ukoll lill-Prim Ministru Giuseppe Conte fejn qallu li se jibqa’ jagħti s-sostenn tiegħu lill-koalizzjoni.

Immedjata r-reazzjoni ta’ Zingaretti, Segretarju tal-PD, illi ddeskriva din il-mossa ta’ Renzi bħala “żball”.

Intant jidher li fis-sigħat li ġejjin Matteo Renzi se jkun qed iwaqqaf il-grupp tieghu fil-Parlament taht dan il-partit il-ġdid, fejn qed jinghad li se jkollu mat-30 deputat.

Renzi qed jinsisti li l-għan prinċipali tiegħu se jkun li jisfida l-popoliżmu ta’ Matteo Salvini.