Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, Joseph Cuschieri, qed ikun akkużat b’abbuż ta’ fondi pubbliċi biex jirranga kwistjonijiet “personali.”
Dan b’rabta mal-każ li żvela l-eks Minsitru Laburista Joe Brincat, li ppreżenta ittra legali f’forma ta’ protest ġudizzjarju fil-Qorti u li permezz tagħha kixef skandlu kbir ieħor fl-MFSA.
Il-każ il-gdid hu dwar iċ-Chief Operating Officer Reuben Fenech li ġie offrut somma ta’ flus biex iħalli postu wara li kellu xi jgħid mal-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri.
Jidher li ż-żewġ partijiet ma’ qablux mal-mod kif għandu jopera l-MFSA, tant illi sorsi minn ġewwa l-Awtorita’ qalulna li kellhom ġlieda kbira. Dan wassal biex Fenech jitkeċċa wara li sar qbil fuq somma flus li ma kinitx żvelata.
L-Avukat Joe Brincat, li għamel żmien twil jimmilita fil-Partit Laburista f’diversi karigi għoljin anke bħala Deputat Mexxej, qed jikkonstesta bil-qawwa kollha l-ħlas li ngħata.
Tant hu hekk li fil-Qorti wissa’ lil Joseph Cuschieri biex ma jdaħħalx fis-seħħ dan il-pjan u fakkru li l-finanzi tal-MFSA mhux għad-dispożizzjoni tiegħu biex jagħmel bihom li jrid.
Fakkar li biex issir din il-golden handshake, kif jiddeskriviha fil-protest ġudizzjarju, il-flus se jkunu qed jittieħdu minn fondi li suppost huma allokati għal proġetti oħra.
Iwissi wkoll lil Cuschieri li, jekk jimplimenta l-pjan tiegħu li joffri din is-somma, ikun qed iwettaq reat u jikkommetti llegalità għaliex il-fondi tal-MFSA mhux xi ċekk miftuħ li jista’ juża kif jixtieq hu.
Dan il-każ ġie żvelat ftit jiem biss wara skandlu ieħor li fih George Spiteri ħa €150,000 mingħand l-MFSA biex jirtira mill-kariga tiegħu bħala Direttur għar-Riżorsi Umani … iżda eventwalment reġa’ spiċċa jaghmel l-istess xoghol ftit tal-jiem wara, mal-MBR.
L-Avukat Joe Brincat iddikjara li b’dan it-tieni każ “inkisret ir-rule of law.”
//= $special ?>