Lokali Qorti

Żewġ Indjani akkużati li kkorrompew tifla

Żewġ Indjani qed jinżammu taħt arrest fuq akkużi li kkorrompew lil tifla li kienu jsuquha mill-iskola għad-dar f’vann tal-iskola.

Kollox jidher li beda meta ż-żewġt irġiel, Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u Sarath Babu Kongadan ta’ 28 sena bdew jibgħatu lit-tifla fuq il-midja soċjali.

Il-ġenituri tat-tifla ssuspettaw l-abbuż fuq binthom waqt appuntament li t-tifla kellha l-Isptar. Minn hemmhekk sar rapport għand il-pulizija.

L-irġiel dehru separatament il-Qorti t-Tlieta, bit-tnejn li huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom dwar involviment ta’ sess ma’ minorenni u kkorrompewha bl-użu tat-teknoloġija biex jiltaqgħu mat-tifla.

Huma ġew akkużati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom materjal pornografiku ta’ minorinni.

Iż-żewġ irġiel ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest minkejja t-talba li saret mill-akkużati.