Għalkemm il-pulizija ilhom jissorveljaw l-indirizz taż- żagħżugħ li hu maħsub li vvandaliżża diversi vetturi u bini graffiti madwar Tas-Sliema, il-pulizija għadha m’għamlet l-ebda arrest b’rabta mas-suspettat.
Tpinġijiet ta’ graffiti dehru madwar Malta matul din is-sena, b’ċerti lokalitajiet bħal Tas-Sliema, Swieqi u San Ġiljan qed jintlaqtu l-aktar, bis-sidien tad-djar u n-negozji jilmentaw dwar il-ħsara li jġarrbu.
In-nies kienu qed jistaqsu min kien wara dawn l-attakki għal xhur sħaħ, sakemm il-filmati tas-CCTV fl-aħħar qabdu liż-żagħżugħ, b’wiċċu jidher b’mod ċar.
Madankollu, għalkemm ir-ritratt taż-żagħżugħ spiċċa anke fuq il-midja soċjali saiex jinstab, sa issa għadu ma nstabx.
Peress li l-awtoritajiet tal-baħar u tal-ajruport għandhom id-dettalji tiegħu u qegħdin jistħarrġu għalih, mhuwiex maħsub li hu telaq minn Malta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>