Għaddew kważi tliet xhur minn meta l-Gvern wiegħed li kienet se tkun qed tibda Inkjesta Pubblika u indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Sal-lum ħadd m’għandu idea meta se tibda din l-inkjesta.
S’issa l-Gvern baqa’ jinħeba wara l-famuż deadline iżda għalkemm saqsejna bosta drabi… bqajna bla twegiba. Min inħeba wara l-Prim Ministru u min dawwar id-diskors.
Għal darb’oħra pruvajna nistaqsu lill-Ministru Owen Bonnici u saħansitra konna diretti u semmejna d-deadline tas-26 ta’ Settembru iżda Owen Bonnici reġa ġab skuża b’Muscat. Dan anke jekk il-Prim Ministru din il-ġimgħa ma tax data jew dettalji meta se tibda din l-inkjesta.
Fir-rapport ta’ Ġunju, il-Kunsill tal-Ewropa qal li din l-inkjestà għandha tissejjaħ fi żmien 3 xhur. U t tlett xhur jiskadu fis-26 ta’ Settembru.

Fi tweet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li l-Gvern għandu jżomm mad-deadline stipulat jekk verament irid ġustizzja mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Tajjeb wieħed isemmi, li Adrian Delia, bħal ma għamlu numru ta’ ġurnalisti ta’ NET News, staqsa lill-Prim Ministru, permezz ta’ ittra uffiċjali għal data ta’ meta se tibda din l-inkjesta iżda Joseph Muscat lanqas biss indenja jwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>