Il-Gvern għandu l-pjan li jibda jarmi l-iskart marbut mal-kostruzzjoni barra mix-xatt ta’ Tignè.
Dan ħareġ l-Erbgħa filgħdu waqt laqgħa f’Kastilja…fejn l-MDA ppreżentat il-proposti tagħha għall-Budget li jmiss.
Matul il-laqgħa il-Prim Ministru saħaq li din il-mossa li jintrema l-iskart fil-bahar tista’ issolvi l-kriżi li għandna bħalissa – kriżi li ħoloq il-Gvern stess minħabba li ma kellux strateġija għal dan is-settur.
Joseph Muscat tkellem ukoll dwar r-reklamazzjoni tal-art u li din tista’ ssolvi l-kriżi tal-iskart. Huwa semma li l-post ideali sabiex issir reklamazzjoni tal-art, għandu jkun Baħar iċ-Ċagħaq.
Waqt il-laqgħa, bla dubju li kellha tissemma’ wkoll il-ligi tal-kera li hi tema topika immens. Bil-Prim Ministru jistqarr b’mod car: “Naf li għandkom id-dwejjaq fuq il-liġi tal-kera”.
L-MDA mhux qed taqbel għal kollox mal-liġi tal-kera, izda il-Prim Ministru wera bic-car li se jinjora dak li qed jgħidu s-sidien, u jibqa’ għaddej b’kollox kif kien pjanat.
Dan juri biċ-ċar li l-Gvern m’huwiex verament Gvern li jisma’ iżda Gvern li ttarrax u li jinjora lil kull min jipprova jagħtih parir.
//= $special ?>