Ekonomija Lokali

Il-prezz internazzjonali taż-żejt jinżel f’daqqa b’5%

Accept Analitiċi cookies to view the content.
Jisfaxxa fix-xejn l-argument partiġġjan ta' Muscat

Il-prezz internazzjonali taż-żejt ħa daqqa ‘l isfel fl-aħħar 24 siegħa hekk kif f’ġurnata waħda l-prezz niżel b’5.4%.

Il-ġimgħa bdiet b’żieda rekord fil-prezz, li iżda kienet dovuta biss għal fatturi straordinarji marbuta mal-attakki fuq il-faċilitajiet taż-żejt fis-Saudi. L-għada, is-sitwazzjoni malajr bdiet tirritorna lura għal prezzijiet fil-parametri ta’ kif kienu fl-aħħar xhur.

Dan kollu jwaqqa’ l-propaganda kollha li imbotta’ l-Prim Ministru Muscat, anke bl-użu tax-Xandir Nazzjonali, meta prova jagħti impressjoni li l-prezz taż-żejt qed jibda tiela’. Matul il-laqgħa tal-Kabinett Joseph Muscat prova jirbaħ punti politiċi meta qal li l-Gvern mhux se jgħolli il-kontijiet tad-dawl, għalkemm issa kulħadd jaf li din kienet biss ‘stunt’ partiġġjana.

Analisti politiċi qed jgħidu li b’din il-pożizzjoni Muscat qed jilgħab man-nar, u ħafna qed jistaqsu – issa li raħas iż-żejt x’se jgħid il-Prim Ministru? li se jraħħas id-dawl?

Intant, il-prezz taż-żejt bħalissa jinsab fil-livelli ta’ $60 kull barmil – ferm inqas mill-$140 li bih kien jinbiegħ iż-żejt fiż-żmien meta Joseph Muscat, dakinhar mill-Oppożizzjoni, kien iniżżel in-nies fit-toroq jipprotestaw.

Il-propaganda fuq TVM