Lokali

Illejla fis-7PM jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza

Illejla, quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, se jingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali tal-Indipendenza. Attivitajiet li se jagħmlu parti mill-55 attività mill-55 sena tal-kisba tal-Indipendenza.

Filfatt, illum fuq il-palk prinċipali ser ikun hemm il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li jibda fit-8:30pm.

Martina Galea Loffreda – ir-rebbieħa tal-KKI Junior 2018

20 kantant u kantanta ser jikkontestaw dan il-festival bit-tir li jirbħu dan l-unur prestiġjuż. Matul is-serata, li se tkun preżentata minn Christine Haber u Emma Cutajar, se jkun hemm varjetà, fejn apparti l-kontestanti, dawk preżenti jkunu jistgħu jsegwu żfin u kant ieħor fejn fost oħrajn se tkanta Martina Galea Loffreda, ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2018.

Illejla: Palk mimli ħajja

Qabel dan il-festival, se tkun qed issir attività politika li għaliha ser jattendi il-Kap tal-PN, Adrian Delia, li se jkun intervitat minn Brian Hansford fis-7:30PM. Dawk li jiġu quddiem id-Dar Ċentrali għal dawn l-attivitajiet, ikun jista’ jgawdi wkoll varjeta ta’ ikel u xorb minn fost il-ħafna stands li ġew armati għal tal-apposta.

Fis-7PM min jiġi ser ikun jista’ jara wkoll xow ta’ karozzi antiki.

L-attivitajiet ser ikomplu għada fejn fost oħrajn isir il-Konkors Kanzunetta Indipendenza (tal-kbar) filwaqt li l-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, isir il-Mass Meeting indirizzat mill-Kap tal-Partit.