Lokali

Immigrant jinqabad wara li pprova jaħrab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni

Intervent f’waqtu minn Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzzjoni wassal biex twaqqaf u kien arrestat immigrant żagħżugħ li pprova jaħrab miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Il-każ seħħ ftit wara l-5.30pm, hekk kif fil-post issejħu immedjatament Uffiċjali tal-Pulizija, li arrestaw liż-żagħżugħ.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-immigrant wettaq xi ħsara mal-fence li jifred iċ-Ċentru ma’ barra, iżda dan issewwa fil-pront.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.