Is-sewwieq tal-Formula 2 Juan Manuel Correa għadu fil-kura intensiva u għadu f’koma. Correa sofra minn uġigħ f’daharu u kiser saqajh fil-ħabta fiċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps fil-Belġju, f’inċident li fih miet is-sewwieq Franċiż Anthoine Hubert.
Correa mistenni jgħaddi minn operazzjoni meta l-pulmun ikun b’saħħtu biżżejjed filwaqt li l-problemi f’saqajh għadhom juru tħassib serju. Hu għadu anki bi problemi biex jieħu sew in-nifs. Is-sewwieq li twieled l-Ekwador jinsab fi sptar f’Londra u għadu jsofri mill-kumplikazzjonijiet wara l-ħabta. Hu għadda minn operazzjoni ta’ erba’ sigħat f’Liege iżda mal-wasla f’Londra żviluppaw komplikazzjonijiet oħra.
//= $special ?>