L-inflazzjoni f’pajjiżna għax-xahar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, meta mqabbel ma’ dak tal-2018, huwa kważi d-doppju tal-medja tal-pajjiżi Ewropej. Dan ħareġ mill-aħħar statistika uffiċjali tal-Eurostat.
Filwaqt li -medja Ewropea tal-inflazzjoni fuq perjodu ta’ sena kienet ta’ 1%, f’pajjizna kienet irreġistrata rata ta’ 1.9%, kważi d-doppju tal-pajjiżi l-oħra fl-Ewropa.
Il-Portugall irreġistra tnaqqis fl-inflazzjoni ta’ 0.!% filwaqt li l-Greċja rat żieda ta’ 0.1% filwaqt li fi Spanja l-ħajja għoliet b’0.4%.
Iżda pajjiżna żamm max-xejra tal-aħħar xhur fejn il-ħajja kompliet togħla, din id-darba kwazi bi 2% fuq ix-xahar ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet.
F’pajjiżna, il-ħajja fix-xahar li għadda, meta mqabbel mal-istess xahar tal-2018, għoliet iktar minn dik f’pajjiżi bħall-Iżvezja, Franza, l-Fillandja, il-Ġermanja, l-Belġju, l-Irlanda u l-Itala fost l-oħrajn.
//= $special ?>