Sport Sport Ieħor

L-Iran sospiża mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo

L-Iran ġiet sospiża mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo wara li ordnat lil Saeid Mollaei biex jirtira mill-Kampjonati tad-Dinja fil-Ġappun. Mollaei li kien qed jiddefendi t-tilu, injora sejħiet biex jirtira mil-logħba kontra r-Russu Khasan Khalmurzaev biex jevita l-possibbiltà li jiġġieled kontra Sagi Muki tal-Iżrael.

Atleti mill-Iran huma pprojbiti milli jikkompetu f’kull sport kontra l-Iżrael. Aktar kmieni din is-sena, il-Kumitat Olimpiku tal-Iran qal li se jimxi mad-deċiżjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo u l-Kumitat Olimpiku biex l-atleti tagħhom jiġġieldu kontra dawk tal-Iżrael. Iżda f’reazzjoni, l-IJF qalet li l-azzjonijiet tal-Iran kienu ta’ kontradizzjoni kontra dawn l-assigurazzjonijiet.

L-Iran tista’ tappella kontra din id-deċiżjoni fil-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport. Wara t-tournament, Mollaei qal li kien qed jibża’ mis-sigurtà ta’ familtu. F’kummenti lill-media internazzjonali, Mollaei qal li ħalla lil Tokyo bid-dmugħ f’għajnejh u mhux se jinsa dak li seħħ fil-Ġappun.

Tags